26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/75
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-137/12)
2013/C 26/156
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni li għaddew mill-eżaminijiet ta’ tmiem it-taħriġ li jsir fil-kuntest tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
jannulla l-att ikkontestat;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas EUR 10 000 lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu subit;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy