26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/77
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-144/12)
2013/C 26/163
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, deċiżjoni li tapplika id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal
Talbiet tar-rikorrenti
—
jiddikjara l-illegalità tal-Artikolu 9 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Frar 2012 li jiġu applikati l-paramentri previsti fid-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tat-3 ta’ Marzu 2011, fir-rigward tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy