25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/36
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2013 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-150/12)
2013/C 147/70
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Maximini, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li jirrifjuta lir-rikorrent parti mill-allowance għall-installazzjoni mill-ġdid kif ukoll ir-rimbors ta’ ċerti spejjeż tal-ivvjaġġar.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tad-29 ta’ Marzu 2012 sa fejn il-konvenut jirrifjuta li jħallas lir-rikorrent it-tieni nofs tal-allowance għall-installazzjoni mill-ġdid tal-Artikolu 6 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll li jirrimborsah l-ispejjeż kollha tal-ivvjaġġar fis-sens tal-Artikolu 7 tal-istess anness.
—
tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent it-tieni nofs tal-allowance għall-installazzjoni mill-ġdid, li jirrappreżenta xahar supplimentari ta’ remunerazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż kollha tal-ivvjaġġar sal-post tal-oriġini tiegħu minħabba l-fatt li huwa temm definittivament il-funzjonijiet tiegħu fir-rigward tiegħu, ta’ martu u tat-tifel tiegħu, li għandu diżabbiltà serja u li joqgħod miegħu.
—
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri u l-ispejjeż kollha li ġew neċessarjament inkorsi mir-rikorrent.
Full & Egal Universal Law Academy