23.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/26
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-151/12)
2013/C 55/45
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad id-dritt għall-allowance ta’ espatrijazzjoni lir-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla d-deċiżjoni tal-PMO tas-6 ta’ Marzu 2012 li tiċħad lir-rikorrent id-dritt għall-allowance ta’ espatrijazzjoni skont l-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni taċ-ċaħda tat-talba tiegħu tat-31 ta’ Awwissu 2012;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy