9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/30
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-152/12)
2013/C 71/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Marzu 2012 li takkredita d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul fis-servizz tiegħu fil-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(2), tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
sa fejn hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu tat-3 ta’ Settembru 2012 kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-akkreditazzjoni tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tiegħu fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy