23.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/26
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-153/12)
2013/C 55/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Kerger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-allownce tad-dar kif ukoll il-pensjoni tas-superstiti għas-sieħba tar-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Settembru 2012;
—
jiddikjara illegali u jannulla l-Artikolu 1(2)(ċ)(iv) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba n-natura diskriminatorja tiegħu;
—
jiddikjara illegali u jannulla l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jgħid lir-rikorrenti għandu dritt għall-allowance tad-dar b’effett retroattiv mit-13 ta’ Diċembru 2011 kif ukoll għall-pensjoni tas-superstiti għas-sieħba tiegħu;
—
jordna dawk il-miżuri legali kollha li huma meħtieġa;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy