9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/30
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs SEAE
(Kawża F-154/12)
2013/C 71/54
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Parrat, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Suġġett
L-annullament parzjali tad-deċiżjoni li tiffissa l-anzjanità fil-grad tar-rikorrent għas-16 ta’ Novembru 2011 meta nħatar f’pożizzjoni tal-grupp ta’ funzjonijiet ta’ amministraturi wara li kien ġie ċċertifikat.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla l-parti tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Jannar 2012 li temenda l-anzjanità fil-grad tar-rikorrent u li tiffissha għas-16 ta’ Novembru 2011 minflok l-1 ta’ Jannar 2011;
—
tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy