2.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/26
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-155/12)
2013/C 63/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi li r-rikorrent ma għandux jiġi inkluż fil-lista ta’ riżerva fil-proċedura ta’ selezzjoni EPSO/AD/125/11,
Talbiet tar-rikorrent
—
li jannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tad-19 ta’ Settembru 2012;
—
jekk ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tat-28 ta’ Ġunju 2012;
—
sussidjarjament, li jagħti kumpens għad-danni subiti;
—
fi kwalunkwe każ, jordna r-rimbors tal-ispejjeż kollha sostnuti għad-difiża tar-rikorrent.
Full & Egal Universal Law Academy