9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/31
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża F-156/12)
2013/C 71/55
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ kumpens għad-danni minħabba aġir ħażin tal-Kumitat tar-Reġjuni u t-talba ta’ kumpens għad-danni materjali u morali.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-Deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2012 li tiċħad t-talba tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ danni minħabba aġir ħażin tal-Kumitat tar-Reġjuni;
—
jannulla, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Settembru 2012, innotifikata l-istess jum permezz ta’ posta elettronika u fit-12 ta’ Settembru 2012 permezz ta’ ittra rreġistrata b’riċevuta, li tiċħad it-talba tar-rikorrent;
—
jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ħlas ta’ allowance ta’ EUR 354 000 bħala kumpens għad-danni materjali, dawn l-ammonti kienu ġew stabbiliti provizzorjament, u ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-danni morali li ġarrab, dan l-ammont kien ġie stabbilit ex aequo et bono;
—
tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy