9.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/31
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-157/12)
2013/C 71/56
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li taħtar f’kariga ġdida lir-rikorrent u tad-deċiżjoni impliċita li tittermina, b’effett retroattiv, il-funzjonijiet tiegħu bħala konsulent tad-direttur ta’ direttorat tal-Parlament Ewropew u talba għall-kumpens għad-dannu subit.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Ġunju 2012 li tiċħad l-ilment tiegħu mressaq kontra d-deċiżjoni dwar il-ħatra fil-kariga l-ġdida tal-20 ta’ Marzu 2012;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, tal-20 ta’ Marzu 2012, li tterminat, b’effet retroattiv mill-15 ta’ Marzu 2012, il-funzjonijiet tar-rikorrent bħala konsulent tad-direttur u li ttrasferieh, f’din l-istess data, għal dipartiment ieħor bħala konsulent;
—
tirrikonoxxi d-dannu li r-rikorrent soffra fuq diversi livelli (saħħa, dinjità, reputazzjoni professjonali, telf ta’ opportunitajiet indaqs fl-evoluzzjoni tal-karriera professjonali tiegħu) minħabba imġiba li toħloq fastidju u amministrazzjoni żbaljata li seħħew mingħajr soluzzjoni b’mod kontinwu, mill-2009;
—
tordna l-ħlas ta’ kumpens għal dan id-dannu billi tagħti lir-rikorrent d-danni li jammontaw għal mhux iktar mill-valur ekwu ta’ EUR 400 000;
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy