23.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/30
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-158/12)
2013/C 86/50
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-reklutaġġ tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III li tressqet mill-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu u kumpens għad-dannu materjali subit.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kap tad-Diviżjoni “Reklutaġġ u Tmiem ta’ Servizz” (DG HR.B.2) tal-Kummissjoni Ewropea, tas-6 ta’ Marzu 2012, li tiċħad it-talba għar-reklutaġġ tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III li tressqet mill-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu;
—
tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu materjali kkawżat lir-rikorrent permezz tad-deċiżjoni kkontestata li għandu jiġi evalwat fl-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn il-ħlasijiet li jikkorrispondu għall-GF III minn Ottubru 2011 u dawk li huwa kompla jirċievi bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-GF I, flimkien mal-interessi korrispondenti mid-data ta’ skadenza ta’ kull wieħed mix-xhur ta’ remunerazzjoni sad-data tal-ħlas effettiv tagħhom;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy