2.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/26
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-160/12)
2013/C 63/53
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. A. Rodriguez-Gigirey Perez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/2-6-207/11-AD5/AD7.
Talbiet tar-rikorrent
—
jiddikjara li l-kwalifika li takkompannja l-kandidatura tar-rikorrent tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż uffiċjali tal-Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/206-207/11- ADS/AD7 - Amministraturi;
—
jannulla d-deċiżjoni nnotifikata lir-rikorrent fid-29 ta’ Settembru 2012, maħruġa mill-Awtorità Kompetenti, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent fir-rigward tal-validità tal-kwalifika universitarja tiegħu għall-aċċess għall-kompetizzjoni miftuħa;
—
għaldaqstant, jiddikjara d-dritt tar-rikorrent li jiġi inkluż fil-lista ta’ riżerva għall-provvista ta’ pożizzjonijiet relatati mal-kompetizzjoni EPSO/AD/206-207/11- ADS/AD7 - Amministraturi, fil-qasam tal-ekonomija, ĠU C 82 A, 16.03.2011 b’perijodu ta’ validità suffiċjenti, ekwivalenti għal dak tal-kandidati li kienu inizjalment inklużi, inkluż il-ftuħ mill-ġdid tal-lista jekk tkun ingħalqet fid-data meta tingħata s-sentenza;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy