24.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2013 — Kreyenberg vs UASI — Il-Kummissjoni (MEMBER OF €e euro experts)
(Kawża T-3/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva MEMBER OF €e euro experts - Raġuni assoluta għal rifjut - Emblemi tal-Unjoni u tal-oqsma ta’ azzjoni tagħha - Simbolu tal-euro - Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 245/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Heinrich Kreyenberg (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Ottubru 2011, (Każ R 1804/2010-2), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u Heinrich Kreyenberg.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Heinrich Kreyenberg għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 65, 03.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy