25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2013 — Olive Line International vs UASI — Carapelli Firenze (Maestro de Oliva)
(Kawża T-4/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva Maestro de Oliva - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAESTRO - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 24/34
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Carapelli Firenze SpA (Tavarnelle Val di Pesa, l-Italja).
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1612/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Carapelli Firenze, SpA u Olive Line International, SL.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Olive Line International, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 89, 24.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy