1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2014 – BSH vs UASI (Wash & Coffee)
(Kawża T-5/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Wash & Coffee - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])
2014/C 292/38
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Novembru 2011 (Każ R 992/2011-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Wash & Coffee bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 65, 03.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy