11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2012 — Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-12/12) (1)
(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Orphacol - Ittra li tinforma lir-rikorrenti dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni - Talba għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni - Inammissibbiltà - Talba għal annullament - Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 243/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoires CTRS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Barnden, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u L. Banciella, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: G. de Bergues, aġent); kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Ossowski, sussegwentement E. Jenkinson u H. Walker, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)
Suġġett
Talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas tal-Kummissjoni milli tieħu azzjoni meta din illegalment naqset milli tieħu deċiżjoni finali dwar it-talba għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Orphacol u, sussidjarjament, talba għal annullament tad-deċiżjoni, li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2011, li ma tagħtix lir-rikorrenti l-imsemmija awtorizzazzjoni.
Dispożittiv
(1)
It-talba għal nuqqas li tittieħed azzjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.
(2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament fformulata b’mod sussidjarju.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Laboratoires CTRS.
(4)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 58, 25.2.2012.
Full & Egal Universal Law Academy