24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Hagenmeyer u Hahn vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-17/12) (1)
((“Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa - Rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ stqarrija għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard - Indikazzjoni ta’ fattur ta’ riskju - Legalità tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-istqarrijiet relatati mat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Interess dirett u individwali - Ammissibbiltà - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
2014/C 194/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Moritz Hagenmeyer (Hamburg, il-Ġermanja) u Andreas Hahn (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Teufer, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u S. Grünheid, aġenti)
Intervenjent in sostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce, Z. Kupčová u M. Simm, aġenti)
Suġġett
Talba għakk-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1170/2011, tas-16 ta’ Novembru 2011, li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (ĠU L 299, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
M. Hagenmeyer u A. Hahn għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 89, 24.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy