22.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik vs UASI — Impexmetal (IKFŁT KRAŚNIK)
(Kawża T-19/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva IKFŁT KRAŚNIK - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FŁT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 178/17
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. (Kraśnik, il-Polonja) (rappreżentant: J. Sieklucki, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Impexmetal S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: W. Trybowski u K. Pyszków, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2475/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Impexmetal S.A. u Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 109, 14.4.2012.
Full & Egal Universal Law Academy