26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2012 — Fomanu vs UASI (Qualität hat Zukunft)
(Kawża T-22/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Qualität hat Zukunft - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 26/84
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fomanu AG (Neustadt an der Waldnaab, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Raible, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant K. Klüpfel, aġent)
Suġġett
Rikors mid-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Ottubru 2011 (R 1518/2011-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Qualität hat Zukunft, bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Fomanu AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 17.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy