26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2012 — Bauer vs UASI — BenQ Materials (Daxon)
(Kawża T-29/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Daxon - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti DALTON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 26/85
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erika Bauer (Schaufling, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Merz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: BenQ Materials Corp. (Gueishan Taoyuan, it-Tajwan)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Novembru 2011 (Każ R 2191/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn E. Bauer u BenQ Materials Corp.
Dispożittiv
(1)
Alva Management GmbH hija awtorizzata tissostitwixxi ruħha għal E. Bauer bħala rikorrenti.
(2)
Ir-rikors huwa miċħud.
(3)
Alva Management GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 17.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy