12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Europol
(Kawżi T-40/12 u T-183/12) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi informatiċi għal sistema ta’ ġestjoni tal-proċessi tan-negozju, dokumenti u rekords u ta’ portal tal-intranet tal-kumpannija - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Proporzjonalità - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2015/C 007/30)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaiki Dinamiki-Proigmena Sistimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: J. Teal u T. de Maignas, aġenti, assistiti minn P. Anestis, avukat, C. Kennedy-Loest, solicitor, N. Pourbaix u D. Vallindas, avukati)
Suġġett
Fil-kawża T-40/12, talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, tat-22 ta’ Novembru 2011, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti D/C3/1104 għall-provvista ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut tal-intrapriża (ġestjoni tal-proċessi tan-negozju, dokumenti u rekords) u portal tal-intranet tal-kumpannija (ĠU 2011/S 134-22204), u, fil-kawża T-183/12, minn naħa, talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li tattribwixxi l-kuntratt pubbliku dwar is-sejħa għal offerti prevista hawn fuq lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-danni li rriżultaw mit-telf tal-possibbiltà, għar-rikorrenti, li jiġu attribwiti dan il-kuntratt pubbliku.
Dispożittiv
1)
Il-Kawżi T-40/12 u T-183/12 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.
2)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
3)
European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol).
(1) ĠU C 109, 14.04.2012.
Full & Egal Universal Law Academy