20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – LS Fashion vs UASI – Gestión de Activos Isorana (L’Wren Scott)
(Kawża T-41/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali L’Wren Scott - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LOREN SCOTT - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 127/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LS Fashion LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Black u S. Davies, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gestión de Activos Isorana, SL (La Orotava, Spanja) (rappreżentanti: F. Brandolini Kujman, J.-B. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2011 (Każ R 1584/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gestión de Activos Isorana, SL u LS Fashion, LLC.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
LS Fashion, LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 109, 14.04.2012.
Full & Egal Universal Law Academy