1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-52/12) (1)
([“Għajnuna mill-Istat - Ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni tal-Assigurazzjoni Agrikola Ellenika (ELGA) matul l-2008 u l-2009 - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(3)(b) u (c) TFUE - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu”])
2014/C 292/40
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I. Chalkias u S. Papaïoannou, sussegwentement I. Chalkias u A. Vasilopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Triantafyllou u S. Thomas, sussegwentement D. Triantafyllou u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/157/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2011, dwar ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009 (ĠU 2012, L 78, p. 21).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 118, 21.04.2012.
Full & Egal Universal Law Academy