16.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 79/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013 — K2 Sports Europe vs UASI — Karhu Sport Iberica (SPORT)
(Kawża T-54/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SPORT - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti K2 SPORTS - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 79/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: K2 Sports Europe (Penzberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u I. Harrington, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Karhu Sport Iberica, SL (Córdoba, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Novembru 2011 (Każ R 986/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn K2 Sports Europe GmbH u Karhu Sport Iberica, SL.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
K2 Sports Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 109, 14.04.2012.
Full & Egal Universal Law Academy