15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2013 — ABC-ONE vs UASI (SLIM BELLY)
(Kawża T-61/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SLIM BELLY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 171/53
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ABC-One Produktions- und Vertriebs GmbH (Villach St. Magdalen, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Merz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Novembru 2011 (Każ R 1077/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SLIM BELLY bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
ABC-One Produktions- und Vertriebs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 98, 31.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy