8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2012 — Oil Turbo Compressor vs Il-Kunsill
(Kawża T-63/12) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2012/C 379/41
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock) (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: K. Kleinschmidt, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u Z. Kupčová, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi konra l-Iran, hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock).
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Oil Turbo Compressor.
(1) ĠU C 98, 31.3.2012.
Full & Egal Universal Law Academy