8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015 – Nu Air Polska vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-75/12) (1)
((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti kumpressuri li joriġinaw miċ-Ċina - Rifjut parzjali ta’ rimbors tad-dazji antidumping imħallsa - Determinazzjoni tal-prezz għall-esportazzjoni - Tnaqqis tad-dazji antidumping - Varjazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ annullament”))
(2016/C 048/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nu Air Polska (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor, u A Bochon, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Stobiecka-Kuik, K. Talabér-Ritz u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni K (2011) 8826 finali, C (2011) 8803 finali u K (2011) 8801 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2011, dwar talbiet għal rimbors tad-dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kumpressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tannulla l-imsemmija deċiżjonijiet, għaż-żamma fis-seħħ tal-effetti des effets tal-imsemmija deċiżjonijiet sakemm il-Kummissjoni tkun adottat il-miżuri neċessarji sabiex teżegwixxi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li ser tingħata.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1 tad-deċiżjoniijet tal-Kummissjoni K (2011) 8826 finali, C (2011) 8803 finali u K (2011) 8801 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2011, dwar talbiet għal rimbors tad-dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kumpressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn dan ma jagħtix lil Nu Air Polska sp. z o.o. rimbors tad-dazji antidumping imħallsa indebitament lil hinn mill-ammonti li jissemmew fihom.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 21.04.2012.
Full & Egal Universal Law Academy