10.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/6
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE brunes)
(Kawża T-78/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIBERTE brunes - Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti La LIBERTAD - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 233/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Villiger Söhne GmbH (Waldshut-Tiengen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. McKenzie u B. Pikolin, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 2109/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Villiger Söhne GmbH u GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 109, 14.04.2012.
Full & Egal Universal Law Academy