3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/75
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2013 — Repsol YPF vs UASI — Ajuntament de Roses (R)
(Kawża T-89/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade Komunitarja figurattiva R - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti R - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 225/167
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Repsol YPF, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ajuntament de Roses (Roses, Spanja)
Suġġett
Rikors mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 1815/2010-2), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ajuntament de Roses u Repsol YPF, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Repsol YPF, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 126, 28.4.2012.
Full & Egal Universal Law Academy