10.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/7
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — Cytochroma Development vs UASI — Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)
(Kawża T-106/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALPHAREN - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALPHA D3 - Raġuni relattiva għal rifjut - Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu - Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-Appell - Artikolu 1(d) tar-Regolament (KE) Nru 216/96)
2013/C 233/11
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cytochroma Development, Inc. (St. Michael, Barbados) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Smith, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalem, l-Iżrael)
Suġġett
Rikors mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Diċembru 2011, (Każ R 1235/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Teva Pharmaceutical Industries Ltd u Cytochroma Development, Inc.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 1235/2011-1) hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 138, 12.05.2012
Full & Egal Universal Law Academy