2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-109/12) (1)
((“Fond ta’ Koeżjoni - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni”))
(2015/C 073/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González, abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia, aġent, assistita inizjalment minn J. Rivas Andrés u minn X. M. García García, sussegwentment minn J. Rivas Andrés, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9992, tat-22 ta’ Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija għall-proġetti li ġejjin “Azzjonijiet li għandhom jiġu implementati fil-kuntest tal-iżvilupp tat-tieni fażi tal-pjan ewlieni ta’ ġestjoni tal-iskart solidu urban tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura” (CCIo2000.ES.16.C.PE.020), “Żbokkijiet tal-ilma: baċir medju Getafe u baċir inferjuri tal-Arroyo Culebro (baċir tat-Tago-Tisfija)” (CCI 2002.ES.16.C.PE.002), “Użu mill-ġdid ta’ ilmijiet ittrattati għall-irrigazzjoni ta’ żoni ħodor fi Santa Cruz de Tenerife” (CCIo2003.ES.16.C.PE.003) u “Għajnuna teknika għall-istudju u t-tfassil tal-proġett ta’ estensjoni u ta’ provvista ta’ ilma tal-Mancomunidad de Algodor” (CCI 2002.ES.16.C.PE.040).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9992, tat-22 ta’ Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija għall-proġetti li ġejjin “Azzjonijiet li għandhom jiġu implementati fil-kuntest tal-iżvilupp tat-tieni fażi tal-pjan ewlieni ta’ ġestjoni tal-iskart solidu urban tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura” (CCIo2000.ES.16.C.PE.020); “Żbokkijiet tal-ilma: baċir medju Getafe u baċir inferjuri tal-Arroyo Culebro (baċir tat-Tago-Tisfija)” (CCI 2002.ES.16.C.PE.002) “Użu mill-ġdid ta’ ilmijiet ittrattati għall-irrigazzjoni ta’ żoni ħodor fi Santa Cruz de Tenerife” (CCIo2003.ES.16.C.PE.003) u “Għajnuna teknika għall-istudju u t-tfassil tal-proġett ta’ estensjoni u ta’ provvista ta’ ilma tal-Mancomunidad de Algodor” (CCI 2002.ES.16.C.PE.040), hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 126, 28.4.2012.
Full & Egal Universal Law Academy