1.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 61/8
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Jannar 2014 — Bial-Portela vs UASI — Probiotical (PROBIAL)
(Kawża T-113/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROBIAL - Trade marks nazzjonali, internazzjonali, Komunitarja verbali u figurattivi preċedenti, sinjal, isem kummerċjali u logo Bial - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 61/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bial-Portela & Ca, SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. Pimenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Probiotical SpA (Novara, l-Italja) (rappreżentant: I. Kuschel, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 1925/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Portela & Ca, SA u Probiotical SpA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Bial-Portela & Ca, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 09.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy