7.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 359/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Bode Chemie vs UASI — Laros (sterilina)
(Kawża T-114/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva sterlina - Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti STERILLIUM u BODE Sterillium - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 359/15
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bode Chemie GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laros Srl (Cremona, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2423/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bode chemie GmbH u Laros Srl.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Bode Chemie GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Laros Srl għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 165, 09.06.2012
Full & Egal Universal Law Academy