15.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/8
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Free vs UASI — Noble Gaming (FREEVOLUTION TM)
(Kawża T-127/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FREEVOLUTION TM - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX u trade marks nazzjonali verbali preċedenti FREE u FREE MOBILE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 78/16
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Free SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: Y. Coursin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Noble Gaming Ltd (Praga, ir-Repubblika Ċeka)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 2326/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Free SAS u Noble Gaming Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Free SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 9.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy