3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/76
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2013 — HTTS vs Il-Kunsill
(Kawżi magħquda T-128/12 u T-182/12) (1)
(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bħala prevenzjoni mill-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
2013/C 225/170
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Kienzle, M. Schlingmann u F. Lautenschlager, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bishop, Z. Kupčová u F. Naert, u sussegwentement minn M. Bishop u Z. Kupčová, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut (Kawża T-182/12): Ir-Repubblika Federali tal-Ġarmanja (rappreżentanti: inizjalment J. Möller, T. Henze u N. Graf Vitzthum, u sussegwentement minn J. Möller u T. Henze, aġenti)
Suġġett
Fil-Kawża T-128/12, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 22), sa fejn din inkludiet lir-rikorrenti, għal raġunijiet ġodda fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, (ĠU L 19, p. 1), sa fejn dan inkluda lir-rikorrenti għal raġunijiet ġodda fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u, fil-Kawża T-182/12, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dan żamm isem ir-rikorrenti fil-lista tal-persuni, korpi u entitajiet li għandhom il-beni tagħhom iffriżati.
Dispożittiv
(1)
Il-Kawżi T-128/12 u T-182/12 ġew magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.
(2)
Fil-kawża T-128/12, ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, f’dak li jikkonċerna lil HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH.
(3)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn inkludiet l-isem ta’ HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413.
(4)
L-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping.
(5)
L-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendata bid-Deċiżjoni 2012/35/PESK,, huma miżmuma sa fejn jikkonċernaw lil HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping, mid-dħul fis-seħħ, l-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sad-data effettiva tal-annullament parzjali tar-Regolament Nru 267/2012.
(6)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping.
(7)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 157, 2.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy