10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2014 – Scooters India vs UASI – Brandconcern (LAMBRETTA)
(Kawża T-132/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali LAMBRETTA - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 395/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Scooters India Ltd (Lucknow, l-Indja) (rappreżentant: B. Brandreth, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Brandconcern BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. Casucci u N. Ferretti, avukati)
Suġġett
Rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2012, (Każ R 2308/2010-1) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Brandconcern BV u Scooters India Ltd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Jannar 2012, (Każ R 2308/2010-1) hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti minn Scooters India Ltd, inkluż għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
3)
Brandconcern BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 165, 9.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy