21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2013 — Wünsche Handelsgesellschaft International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-147/12) (1)
(Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreżervat li joriġina miċ-Ċina - Deċiżjoni li tikkonstata assenza ta’ ġustifikazzjoni għall-maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Żball tal-awtoritajiet doganali li seta’ jiġi individwat - Negligenza manifesta tal-importatur - Aspettattivi Leġġittimi - Proporzjonalità - Amministrazzjoni tajba - Ugwaljanza fit-trattament)
2013/C 377/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wünsche Handelsgesellschaft International mbH & Co KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Landry u G. Schwendinger, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Keppenne u B.-R. Killmann, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 6393 finali, tas-16 ta’ Settembru 2011, li tikkonstata li ma huwiex iġġustifikat li tingħata l-maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni f’każ partikolari.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Wünsche Handelsgesellschaft International mbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 09.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy