22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2014 — Investrónica vs UASI — Olympus Imaging (MICRO)
(Kawża T-149/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MICRO - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti micro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Setgħa ta’ bdil)
2014/C 52/62
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Investrónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J.L. Rivas Zurdo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Olympus Imaging Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentant: C. Opatz, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Jannar 2012 (Każ R 347/2011 4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Investrónica, SA u Olympus Imaging Corp.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-31 ta’ Jannar 2012 (Każ R 347/2011-4) hija annullata.
(2)
L-oppożizzjoni hija milqugħa fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja: “Apparat u strumenti fotografiċi, kameras numeriċi, lentijiet interkambjabbli u l-parts u l-aċċessorji tagħhom inklużi fil-klassi 9”.
(3)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Investrónica, SA.
(4)
Olympus Imaging Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Investrónica.
(1) ĠU C 194, 30.6.2012
Full & Egal Universal Law Academy