10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-150/12) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Self mingħajr interessi, flimkien ma’ garanzija mill-Istat, mogħti mill-awtoritajiet Elleniċi lil assoċjazzjonijiet ta’ kooperattivi agrikoli tas-settur taċ-ċereali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ motivazzjoni - Vantaġġ - Għajnuna intiża biex tirrimedja disturbi gravi fl-ekonomija ta’ Stat Membru”))
2014/C 175/48
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, X. Basakou u A. Vasilopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Thomas u D. Triantafyllou, sussegwentement minn M. Triantafyllou u P. Němečkova, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/320/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lill-bdiewa li jipproduċu ċ-ċereali u lill-kooperattivi tal-ġbir taċ-ċereali (ĠU L 164, p. 10)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 184, 23.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy