7.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 359/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Schulze vs UASI — GKL (Klassiklotterie)
(Kawża T-155/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Klassiklotterie - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NKL-Klassiklotterie - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 359/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hans Gerd Schulze (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Lodigkeit, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: GKL Gemeinsame Klassenlotterie der Länder, li kienet NKL Nordwestdeutsche Klassenlotterie (Hamburg) (rappreżentant: S. Russlies, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Jannar 2012 (Każ R 600/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn NKL Nordwestdeutsche Klassenlotterie u Hans Gerd Schulze.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Hans Gerd Schulze huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 09.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy