30.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Adler Modemärkte vs UASI – Blufin (MARINE BLEU)
(Kawża T-160/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MARINE BLEU - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUMARINE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 202/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Adler Modemärkte AG (Haibach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka u G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Blufin SpA (Carpi, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2012 (Każ R 1955/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Blufin SpA u Adler Modemärkte AG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Adler Modemärkte AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).
3)
Blufin SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 184, 23.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy