3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Georgias et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni
(Kawża T-168/12) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe - Iffriżar ta’ fondi - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rabta kawżali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
2014/C 388/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aguy Clement Georgias (Harare, iż-Żimbabwe); Trinity Engineering (Private) Ltd (Harare); u Georgiadis Trucking (Private) Ltd (Harare) (rappreżentanti: inizjalment M. Robson, E. Goulder, solicitors, u H. Mercer, QC, sussegwentement M. Robson, H. Mercer u I. Quirk, barrister)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġent); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u S. Bartelt, aġenti)
Suġġett
Talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti, wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/2007, tas-16 ta’ April 2007, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004, dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 3, p. 50).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Aguy Clement Georgias, Trinity Engineering (Private) Ltd u Georgiadis Trucking (Private) Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 165, 9.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy