15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2015 – CHEMK u KF vs Il-Kunsill
(Kawża T-169/12) (1)
((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġina, b’mod partikolari, mir-Russja - Eżami mill-ġdid interim parzjali - Kalkolu tal-marġni ta’ dumping - Bdil fiċ-ċirkustanzi - Natura dewwiema”))
(2015/C 198/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) (Chelyabinsk, ir-Russja); u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) (Novokuznetsk, ir-Russja) (rappreżentant: B. Evtimov, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, bħala aġent, assistit inizjalment minn G. Berrisch u A. Polcyn, avukati, sussegwentement minn G. Berrisch u N. Chesaites, barrister, u fl-aħħar nett minn D. Gerardin, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment H. van Vliet, M. França u A. Stobiecka-Kuik, sussegwentement M. França, A. Stobiecka-Kuik u J.-F. Brakeland, aġenti); u Euroalliages (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Prost u M.-S. Dibling, avukati)
Suġġett
Talba għal annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 60/2012, tas-16 ta’ Jannar 2012, li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ferrosilikon li joriġinaw, inter alia, fir-Russja (ĠU L 22, p. 1), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
4)
Euroalliages għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 165, 09.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy