10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Peri vs UASI [Forma ta’ għodda għall-issikkar ta’ kamin (turnbuckle)]
(Kawża T-171/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ għodda għall-issikkar ta’ kamin (turnbuckle) - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 395/43
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Dönch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1209/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal tridimensjonali kkostitwit minn forma ta’ għodda għall-issikkar ta’ kamin (turnbuckle) bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Peri GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 184, 23.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy