9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Bank Tejarat vs Il-Kunsill
(Kawża T-176/12) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni”))
(2015/C 081/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bank Tejarat (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, F. Zaiwalla u Z. Burbeza, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u S. Cook, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali, b’effett immedjat, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 22), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 709/2012, tat-2 ta’ Awwissu 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 208, p. 2).
Dispożittiv
1)
Huma annulati safejn dawn jikkonċernaw lil Bank Tejarat:
—
il-punt I B 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;
—
il-punt I B 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;
—
il-punt I B 105 tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010;
—
il-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 709/2012, tat-2 ta’ Awwissu 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2012/35, għandhom jibqgħu inoltrati fir-rigward tal-Bank Tejarat sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament Nru 267/2012 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 709/2012.
4)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 174, 16.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy