25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2014 – Moonich Produktkonzepte & Realisierung vs UASI – Thermofilm Australia (HEATSTRIP)
(Kawża T-184/12) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HEATSTRIP - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009”))
2014/C 282/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Moonich Produktkonzepte & Realisierung GmbH (Sauerlach b. München, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Thermofilm Australia Pty Ltd (Melbourne, l-Awstralja) (rappreżentanti: J. Kroher u K. Bach, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1956/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Thermofilm Australia Pty Ltd u Moonich Produktkonzepte & Realisierung GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Moonich Produktkonzepte & Realisierung GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u l-ispejjeż ta’ Thermofilm Australia Pty Ltd.
(1) ĠU C 200, 07.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy