10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Ġunju 2015 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Maquet (LUCEA LED)
(Kawża T-186/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LUCEA LED - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LUCEO - Assenza ta’ preeżistenza - Invokazzjoni ta’ prijorità - Data ta’ prijorità mniżżla fir-reġistru - Dokumenti ta’ prijorità - Eżami ex officio - Drittijiet tad-difiża”])
(2015/C 262/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) ġiet awtorizzata tissostitwixxi lil Verus EOOD (rappreżentanti: inizjalment minn S. Vykydal, sussegwentement minn F. Henkel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Maquet SAS (Ardon, Franza) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Frar 2012 (Każ R 67/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Capella EOOD u Maquet SAS.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Copernicus-Trademarks Ltd ħandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u dawk ta’ Maquet SAS.
(1) ĠU C 200, 07.07.2012
Full & Egal Universal Law Academy