9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – MIP Metro vs UASI – Holsten Brauerei (H)
(Kawża T-193/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva H - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti H - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 081/18)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Holsten-Brauerei AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentati: N. Hebeis u R. Douglas, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2012 (Każ R 2340/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Holsten-Brauerei AG u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 194, 30.06.2012.
Full & Egal Universal Law Academy