3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 – Nuna International vs UASI – Nanu-Nana Joachim Hoepp (nuna)
(Kawża T-195/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva nuna - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti NANA u NANU-NANA - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenz ta’ xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 388/11
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nuna International BV (Erp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Alpera Plazas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Frar 2012 (Każ R 476/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Nuna International BV.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ Frar 2012 (Każ R 476/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Nuna International BV, hija annullata fir-rigward tal-“prammijiet għat-trabi; prammijiet; sedili tas-sigurtà għat-tfal għall-karozzi”, li jaqgħu fil-klassi 12 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, kif ukoll tal-“walkers tat-trabi [tagħmir għat-tagħlim tal-mixi għat-trabi]” u “xkejjer tal-irqad għat-trabi u għat-tfal”, li jaqgħu fil-klassi 20.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 209, 14.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy