31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones vs UASI — MIP Metro (METRO)
(Kawża T-197/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja METRO - Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti GRUPOMETROPOLIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ xieraq - Artikolu 6 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009)
2013/C 252/48
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 2440/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 14.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy